Itlob assistenza! Xi vittmi huma f’riskju li jkunu fil-mira u vvittimizzati waqt u possibbilment wara l-proċeduri kriminali. Tali riskju jista’ jiġi identifikat b’mod effettiv permezz ta’ valutazzjoni individwali mwettqa mal-ewwel opportunità.
Il-valutazzjoni għandha titwettaq għall-vittmi kollha biex jiġi ddeterminat jekk humiex f’riskju ta’ vittimizzazzjoni sekondarja jew ripetuta. Il-valutazzjoni individwali tqis il-karatteristiċi personali tal-vittma bħall-età, is-sess, ir-reliġjon, l-orjentazzjoni sesswali, diżabilità, status ta’ residenza, diffikultajiet fil-komunikazzjoni, ir-relazzjoni ma’ jew id-dipendenza tiegħu jew tagħha fuq it-trasgressur u esperjenzi ta’ reati preċedenti.
Vittmi identifikati bħala vulnerabbli għal vittimizzazzjoni ripetuta huma intitolati għal miżuri ta’ protezzjoni individwali skont il-bżonnijiet tagħhom. Dawn il-miżuri ta’ protezzjoni jiġu identifikati waqt il-valutazzjoni individwali. Il-miżuri ta’ protezzjoni jistgħu jinkludu ordnijiet ta’ protezzjoni, ordnijiet ta’ trażżin, ‘garanzija personali’, kundizzjonijiet ta’ libertà proviżorja, u akkomodazzjoni f’xelter.